Thursday 6 March 2008

Konferenza Stampa

Waqt konferenza stampa f'tas-Sliema Dr Harry Vassallo Kap ta' Alternattiva Demokratika qal li il-kampanja elettorali waslet fil-qiegh taghha meta llum gie infurmat minn gurnalist tan-Net TV illi multa imposta fuqu mill-qorti kienet giet ikkonvertita f'sentejn habs. "Din kienet ahbar ghalija ghaliex id-decizjoni tal-qorti li ttiehdet hames
xhur ilu biex il-multa ssir prigunerija avzawni biha l-pulizija erba sieghat wara li kien telaq il-gurnalist tan-Net television" qal Dr Vassallo. "Din in-nasba ilha tinhema ghal hames xhur billi minflok gejt avzat immedjatament bli kien sehh il-qorti, il-fajl thalla f'xi kexxun ghal meta jkun utli ghall-Partit Nazzjonalista fl-izjed kampanja elettorali moqzieza li qatt mexxa."

"Mhux veru dak li deher fil-website tal-Partit Nazzjonalist li dawn il-multi gew imposti fuqi ghaliex ma thallsitx taxxa tal-VAT minn kumpanija jew minni personalment. Dawn il-multi gew imposti fuqi ghaliex kumpanija li ma kellix x'naqsam mat-tmexxija taghha ghal ghaxar snin naqset li tibghat ir-returns tal-VAT. waqt li kont nahdem maggha u kont
immexxi din il-kumpanija dejjem inbaghtu r-returns u thallset kull taxxa dovuta. Minhabba li ismi baqa' jidher bhala l-persuna li tibghat dawn ir-returns il-proceduri ttiehdu kontrija u wehilt il-multi jien.

Illum fl-4.15 gew zewg pulizija l-ufficcju u tawni kopji ta' zewg Dokumenti Biex Persuna Tinzamm il-Habs it-tnejn li huma jgibu d-data ta l-10 ta' Ottubru 2007. F.12.00 kellna konferenza stampa fl-istess ufficcju li ghaliha ghall-ewwel darba f'din il-kampanja elettorali attendew gurnalist u kamerman tan-Net TV. Wara li saret il-konferneza
stampa il-gurnalist tan-Net talabni kumment u staqsieni kontx naf dwar kundanna biex jien nintbaghat il-habs. Fil-fatt ma kont nafx bl-ebda kundanna bhal din ghaliex il-pulizija ma kienux ghadhom kellmuni u minn meta jidher li saret id-decizjoni tal-qorti hames xhur ilu jien ma gejt mgharraf b'xejn.

Madankollu bsart li dak li kien qieghed jirreferi ghaih il-gurnalista kellu x'jaqsam ma' kaz ta' multi imposti fuqi bhala l-persuna registrata mad-Dipartiment tal-VAT peress li kienux gew ipprezentati r-returns ta' kumpanija. Jien kemm il-darba tlajt il-qorti dwar dan il-kaz u spjegajt li ma stajtx nipprezenta kontijiet ta' kumpanija li ma kellix x'naqsam
maghha ghal izjed minn ghaxar snin.Bil-ligi kif inhi bhalissa l-qorti jidher li ma kelliex ghazla hlief li timponi l-multi u ghalhekk tlabt il-mahfra tal-president billi kont qieghed nigi mmultat eluf ta' liri mhux ghax ma thallsitx taxxa izda ghax ma gewx ipprezentati r-returns fi snin meta jien ma kellix kontroll fuq din il-kumapnija li minna kont rrizenjajt bhala direttur.

Fil fatt il-mahfra giet michuda u jien ipprezentajt rikors ghar-rikonsiderazzjoni tal-kaz

Minn meta sirt kap ta' Alternattiva Demokratika ma kellix hin nipprattika l-professjoni tieghi u wisq anqas li nkun involut f'attivitajiet ta' negozju. Id-dhul tieghi sar ta' Lm400 fix-xahar bhala impjegat tal-partit. Mhemmx mezz li jien inhallas dawn il-multi li
jlahhqu mas-Lm6000. Illum sirt naf li l-multi mhux imhallsa jissarrfu f'sentejn habs

Waqt li huma mijiet ta' nies li ghaddewhom minn inkwiet bhal dan u ohrajn hallsu multi kbar meta ma kellhomx jaghti centezmu f'taxxa, nahseb li jien biss sibt ruhi mgharraf minn sitwazzjoni bhal din minn gurnalist tan-Net TV gurnata qabel elezzjoni u 5 xhur wara d-decizjoni tal-qorti.

Jien kont u ghadni tal-fehma li mhix haga ragonevoli li xi hadd jigi mmultat l-eluf tal-liri ghaliex il-burokrazija titlob li jimtlew ir-returns vojta fil-hin u lanqas li xi hadd jinbaghtat il-habs meta fil-fatt m'ghandux jaghti ta xi taxxa li gabar jew fuq dhul li kien ghamel. Jien ma qlajt xejn u ma gbart l-ebda VAT fis-snin kollha li ghalihom gejt immultat eluf ta' liri.

Sa llum gamilt il-battalja tieghi fil-privat b'inkwiet knir ghalija u ghal xhur u snin shah. Ma stajtx naghmel kampanja pubblika dwar din is-sitwazzjoni minhabba li ghandi interess personali u dirett fiha. Izda llum li l-Partit Nazzjonalista ghogbu jinqeda b'din is-sitwazzjoni personali tieghi nifrah li saret haga pubblika u li b'hekk nista nwieghed li naghmel kampanja biex l-infurzar tal-ligi jsir b'mod ragonevoli u fejn tkun nieqsa xi bicca karti ma jigi ttrattat hadd bhala xi kriminali vjolenti.

Rigward l-ordnijiet biex nintbaghat il-habs jien rgajt tlabt li tigi rrikonsidrata t-talba tieghi biex dawn il-multi ezagerati ma jkissruniex u ma jaghmlux hsara lill-familja tieghi. Bien inhallashom meta ma kkommettejt l-ebda reat, ma sraqt l-ebda centezmu taxxa u ma ghamilt ebda qliegh jidhirli li hi piena tal-wahx u kontra r-raguni.

Ma nafx il-President tar-Republika joghgbux li jikkonsidra l-kaz tieghi jew le. Jekk ghal darb ohra jkun jidhrilu li haqqni nmur il-habs ghal sentejn ghax haddiehor ma mliex formola tat-taxxa jien immur il-habs. Li nista' nghid minn issa hu li jigri jigri f'din l-elezzjoni, mmurx il-habs jew le jien ser naghmel kamanja biex burokrazija qattiela bhal din tispicca darba ghal dejjem.

Harry Vassallo

9 comments:

Anonymous said...

Inhossni disgustat b'din il-facenda. Disgustat bil-mod kif persuna tigi trattata semplicement ghax din il-persuna ghanda l-kuragg tohrog ghonqa ghal-dak li temmen fih. Lil'hinn mid-dettalji legali hija cara li l-motivazjoni ta dan l-arrest hija wahda politika u mahmuga. Hija ironika kif il-partit li qieghed fil-gvern u li ilu juza il-passat ikrah tal-partit laburista biex iwitti t-triq tieghu, qieghed jirrisolvi ghal metodi faxxisti biex minghalih johnoq il-vuci taz-zghar. Imma iz-zghar jikbru. U aktar ma tahqarhom aktar jikbru sodi u konvinti. Kelli dubji fuq il-vot fejn ha nixhtu. Grazzi issa naf bic-cert. Mark.

La delirante said...

When I read the news I couldn't believe it! This is so outrageous!

My best wishes and solidarity Harry,

Anonymous said...

Il-politici il-'kbar' ta dan il-pajjiz irridu il-poter billi jcappsu u mhux bir-raguni, izda li mhux qed jirrealizzaw huwa li jekk il-laringa u it-tuffieghha imhassra ghandna id-dritt li ma nixtrux jew nieklu haxix Ahdar!

Anonymous said...

ikovincajtni biex zgur ma nivvotax PN. Din farsa u jidispjacini ghalik u ghal familja tieghek. Pero zomm sod u iddefendi il-kawza gusta tieghek.

Anonymous said...

Is this the Malta that we want to live into? This way we are going into a dictation. You are with us or we find an excuse to put you in prison. This Vat issue is hitting badly a lot of small self employed people. After they do a lot of sacrifices to be able to earn the money to survive against the high and expensive prices we have in Malta, They have to find themselves paying fines for stupid bureaucracy. After all these small self employed individuals are only unpaid mediums to collect 18% Vat (one of the highest in Europe) from their customers to give to the big non sense spending Government.

Anonymous said...

Quite the surprise to read the news. It's also quite worrying. Politicians facing such charges in the run-up to elections is not usually indicative of a democratic country. It reminds me of the last Egyptian elections, but I hope we do not look to that country's "democratic" system for inspiration. We're not on that level, of course, but these things should certainly not be happening here.

I hope that the issue is resolved in your favour, as it should be, and the best of luck to you and your party this weekend.

John

Anonymous said...

Typical stuff... this is what happens when a party has been allowed to rule for such a long time. Dirty politics, we're so used to it nowadays it has become part of what we sadly expect in an election campaign.

And of course, people close to their party never NEVER get any dirt thrown their way, they never go to prison for all the corruption and crimes they commit, fines are forgiven, presidential pardons are thrown left right and centre! And we continue to accept this. Disgusting.

If the Maltese dont vote for change, then i'm sorry, they get the government they deserve!!!

Harry, we are all behind you. My family are ex-Nationalists, and finally, they have come to see things as I do. Though I have always been behind AD, they too have come to realise that the Greens are the only solution to this big mess we call Maltese politics.

Green is Clean :)!!!

Anonymous said...

Jien laburista imma bhala simpatija ghal dak li gralu Dr Vassallo t-2 se naghih Alternattiva. Ahna l-laburisti nafu minn xiex ghaddej Dr Vassallo ghax is-soltu jkun Dr Sant fil-mira tal-PN. Ma nafx Dr Vassallo ghadux jikkunsidra coalizzjoni maghhom; jista' jibqa' jafdhom lil dawn in-nies fuq li ghamlulu? Kulhadd jaf issa li jekk ma tkunx ta' l-istess fhema politika tal-PN jaraw kif jaghmlu u jkissruk.
Kuragg Dr Vassallo u jekk hemm bzonn il-partit tieghek jorganizza gbir ta' fondi biex jghinuk, ma tarax li tmur il-habs, ahseb fil-familja kemm tinkwietha jekk jigrilek hekk. Tara kemm hawn min hu solidari mieghek jekk titlob ghajnuna minghand il-poplu Malti li wara kollox irid li ssir gustizzja mieghek. Kuragg. Ghalkemm ma naqbilx maghkom politikament, dawn l-affarijiet idejquni hafna.

Anonymous said...

A week after this shameful event I say:
Come on harry, don't let them catch you in their trap! That's what they want: to shut all those people who stand up against them! So come on harry, consider your resignation!! This country needs people like you desperately!!

A disappointed citizen who hoped that on the 9th March we'd have had a green chair in parliament!